Arsenal kisbu rebħa komda ta’ 4-2 fuq Ipswich Town fit-tielet round tal-League Cup, biż-żagħżugħ Max Dowman jispikka b’żewġ goals.
Dowman, li għandu biss 16-il sena, beda l-logħba flimkien maż-żagħżugħ l-ieħor Marli Salmon, li għandu 17-il sena.
Dowman fetaħ l-iskor fis-seba’ minuta b’goal sabiħ wara li rebaħ il-ballun f’nofs il-ground, bidel il-ballun ma’ Eberechi Eze u daħal fil-kaxxa qabel għeleb lill-goalkeeper avversarju.
Noni Madueke (16) rdoppja l-vantaġġ wara pass tajjeb ta’ Mikel Merino.
Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Dowman skorja t-tieni goal tiegħu wara li kkontrolla pass ta’ Martin Zubimendi u tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Merino żied ir-raba’ goal b’xutt li laqat in-naħa ta’ ġewwa tal-lasta.
Imbagħad Ipswich naqqsu d-distakk permezz ta’ Anis Mehmeti (62) u Chuba Akpom (2), iżda ma setgħux jagħmlu rimonta.
Arsenal, li rebħu kull logħba dan l-istaġun, issa qed jistennew biex isiru jafu l-avversarji tagħhom fir-raba’ round.





