Wednesday, March 27, 2024

BMX Malta ssellem il-memorja ta’ Ronnie Ellul

Aqra wkoll

Il-BMX Malta tinsab f’luttu wara li tħabbret il-mewt ta’ membru tagħha, Ronnie Ellul. Ellul minkejja li ilu snin jgħix l-Ingilterrra kien ta’ għajnuna kontinwa kbira għal dawk is-sewwieqa Maltin tal-BMX billi pprovda akkomodazzjoni f’Londra, kif ukoll għen lill-komunità lokali tesperjenza skateparks u sewqan fir-Renju Unit.

Huwa jibqa’ mfakkar għal żmien twil għall-ġenerożità kbira tiegħu, b’rieda qawwija li jgħin lil dawk ta’ madwaru. Matul l-aħħar 35 sena Ronnie żar Malta ta’ spiss speċjalment biex iżur lil sħabu tal-BMX u l-iktar żjara reċenti tiegħu kienet f’Ottubru 2022 wara l-pandemija tal-Covid-19.

Il-Komunità Maltija tal-BMX, tixtieq tesprimi l-aktar simpatija tagħha għat-telfa bla limitu ta’ ħabib kbir u wieħed minn sieħbhom.

Ekonomija

Sport