Sunday, December 22, 2024

“Bob Saget miet wara korriment aċċidentali f’rasu”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-attur u komiku Amerikan Bob Saget miet wara li sofra daqqa aċċidentali f’rasu. Dan żvelawh il-familjari tiegħu fi stqarrija fejn intqal li huwa “aċċidetalment ħabat in-naħa ta’ wara ta’ rasu ma’ xi ħaġa, ħaseb li ma kienet xejn u mar jorqod.”

L-istqarrija żżid tgħid li l-awtoritajiet kienu kkonkludew li d-droga u l-alkoħol ma kinux involuti fil-mewt tiegħu. Saget, li kellu 65 sena, instab mejjet fil-kamra ta’ lukanda f’Rirz Carlton, Orlando, Florida, matul ix-xahar li għadda.

“Ġimgħat mill-mewt ta’ Bob, ninsabu impressjonati bl-imħabba li wrew lejh dawk li kienu jsegwuh, li kien ta’ faraġ kbir għalina u ta’ dan ninsabu grati għal dejjem,” qalu l-familjari. “Issa li għanda l-konklużjonijiet finali mill-investigazzjoni tal-awtoritajiet, ħassejna li huwa xieraq li s-segwaċi ta’ Bob jisimgħu dawk il-konklużjonijiet direttament mingħandna.”

Saget kien miżżewweġ lil Kelly Rizzo Saget mill-2018 u kellu tlett itfal minn żwieġ ieħor. Huwa kien instab mill-membri tal-istaff tal-lukanda fis-sodda tiegħu nhar id-9 ta’ Jannar li għadda wara li ma kienx qed jirrispondihom u aktar tard ġie ddikjarat mejjet fuq il-post mill-paramediċi. 

Dak iż-żmien, l-awtoritajiet qalu li ma kinux qed jittrattaw il-mewt tiegħu bħala suspettuża. Il-funeral tiegħu, li għalih attendew għadd ta’ persuni famużi, sar ix-xahar li għadda f’Kalifornja.

Ekonomija

Sport