Wednesday, May 15, 2024

Żagħżugħ Ingliż jammetti li ħebb għall-pulizija

Aqra wkoll

Ingliż ta’ 21 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ammetta li ħebb għall-pulizija u li kiser il-paċi pubblika.

Huwa tressaq b’urġenza lbieraħ quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit. L-Avukat tiegħu spjega li ż-żagħżugħ, li ismu mhux jixxandar fuq ordni tal-Qorti kellu tfulija mħarbta u spiċċa jagħmel użu mid-droga sintetika. Qal li l-klijent tiegħu ma jiftakar xejn minn dak li seħħ u kien qed jitlob skuża għall-aġir tiegħu. 

Wara li semgħetu jammetti għall-akkużi li nġiebu kontra tiegħu, il-Qorti ordnat li qabel tingħata s-sentenza jsir rapport minn uffiċjal tal-probation u ħarġet ordni ta’ trattament favur l-imputat tul dawn il-proċeduri.

Sadanittant, huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom li jiffirma kuljum l-Għassa u taħt garanzija perosnali ta’ €1,000.

Is-sentenza mistennija tingħata fit-2 ta’ Marzu. 

Sport