Monday, April 29, 2024

Bologna jaħsbu fis-sostitut ta’ Thiago Motta

Aqra wkoll

Hekk kif il-kowċ Thiago Motta qed jiġi mfittex minn diversi timijiet Ewropej, il-klabb tiegħu Bologna qed jaraw x’jagħmlu sabiex jippjanaw is-sostitut tiegħu ġaladarba hu jiddeċiedi li jmur imexxi tim x’imkien ieħor.

Imsemmi li jista’ jingħaqad mal-Felsinei hu Vincenzo Italiano li bħalissa qed imexxi lil Fiorentina. Hemm ukoll Raffaele Palladino li tant sejjer tajjeb ma’ Monza kemm ilu li ngħaqad magħhom sentejn ilu.

Bologna jinsabu fir-raba’ post tal-klassifika b’59 punt u b’ċans kbir li jiksbu post fil-UEFA Champions League tal-istaġun li ġej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport