Monday, April 29, 2024

Gian Piero Gasperini jidħol fil-lista tal-kowċis li jistgħu jingħaqdu ma’ Napoli

Aqra wkoll

Hekk kif Napoli ġew draw ta’ 2-2 kontra Frosinone, id-diriġenti tal-klabb donnhom qatgħu qalbhom li jistgħu jipparteċipaw fil-UEFA Champions League tal-istaġun li ġej.

Għalhekk l-ogħla awtoritajiet tal-klabb se jkunu qed iħarsu lejn il-kowċ il-ġdid tagħhom bil-president Aurelio de Laurentis li ovvjament ikollu l-aħħar kelma.

Apparti Stefano Pioli, Vincenzo Italiano u Antonio Conte, dan l-aħħar qed jissemma’ wkoll isem ieħor interessanti, dak tal-kowċ ta’ Atalanta Gian Piero Gasperini. Dan tal-aħħar qed ikompli jmexxi lit-tim għas-suċċess fejn baqgħet notevoli r-rebħa li i Partenopei kellhom kontra Liverpool fil-UEFA Europa League.

Il-gazzetti Taljani qed jgħidu li De Laurentis għandu ammirazzjoni kbira lejn Gasperini u min jaf jekk jirnexxielux iġibu lejn Castel Volturno fl-istaġun li ġej?

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport