Monday, July 13, 2026
Home Sport Jarrad Branthwaite fil-mira ta’ Man Utd

Jarrad Branthwaite fil-mira ta’ Man Utd

0
168

Hekk kif Jason Wilcox se jkun id-diriġent il-ġdid ta’ Manchester United li se jkun responsabbli li jġib diversi plejers ta’ kalibru lejn Old Trafford, jidher li xogħlu diġa’ beda jidher minħabba li hemm negozjati ma’ Everton sabiex jiksbu s-servizzi ta’ Jarrad Branthwaite.

Dan tal-aħħar għandu 21 sena u hu parti mit-tim nazzjonali Ingliż ta’ taħt il-21 sena. Hu għandu kuntratt mat-Toffees sa Ġunju 2027 iżda Manchester United se jaraw kif jagħmlu sabiex jiksbu l-firma tiegħu.