Monday, April 29, 2024

Sergino Dest ma jridx imur lura ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Id-difensur ċentrali Amerikan Sergino Dest qal li m’għandu l-ebda intenzjoni li jirritorna jilgħab ma’ Barcelona fi Spanja. Hu ilu reġistrat ma’ dan it-tim sa mis-sena 2020 għalkemm f’dawn l-aħħar snin hu kien misluf lil AC Milan u PSV Eindhoven.

Dest qal li jaf li mal-Katalani mhux se jkollu postu fl-ewwel ħdax u għalhekk ma jagħmilx sens li jmur jilgħab hemm. Hu faħħar ukoll lil PSV li laqgħuh u tawh iċ-ċans li jilgħab b’mod regolari.

Dest twieled fil-belt ta’ Almeere fl-Olanda iżda għandu ġenituri Amerikani.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport