Monday, April 29, 2024

Charles De Ketelaere kuntent ma’ Atalanta

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Belġjan Charles De Ketelaere stqarr ma’ ġurnal sportiv Taljan li jinsab ferm għal qalbu ma’ Atalanta. Hu qal li l-logħba tal-Ħamis li għadda kontra Liverpool kienet l-isbaħ waħda li qatt lagħab matul dan l-istaġun u semma’ kemm kien ħaqqhom jirbħu fuq il-logħob li urew.

Meta mistoqsi dwar il-futur tiegħu, De Keteleaere ammetta li hu misluf lil dan il-klabb minn Bergamo hekk kif hu proprjeta’ ta’ AC Milan għalkemm sostna li hu għandu 23 sena u jixtieq jilgħab b’mod regolari mhux joqgħod bilqiegħda fuq il-bank.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport