Thursday, March 28, 2024

Boris Johnson iħabbar sistema ġdida ta’ lockdown

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ir-Renju Unit b’azzjoni biex tkun ikkontrollata l-imxija tal-Covid-19

Miktub minn CARMEN CACHIA   

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson ħabbar li se tidħol fis-seħħ sistema ġdida ta’ lockdown fi tliet gradi bħala prevenzjoni għal tixrid bla kontroll tal-pandemija tal-Coronavirus.

Is-sistema li tikkategorizza tliet livelli differenti ta’ lockdown se ssir biex ikun evitat lockdown totali tal-pajjiż. Johnson sostna li lockdown totali jista’ jwassal għal “problemi fil-ħajja ta’ kuljum tagħna kif ukoll tas-soċjetà” iżda saħaq fl-importanza li tittieħed azzjoni immedjata biex iwaqqfu milli l-virus jinxtered aktar.

Johnson qal li r-Renju Unit qiegħed jiffaċċja l-Covid-19 aħjar aktar ma jgħaddi ż-żmien iżda xorta waħda hemm bżonn ta’ pjan biex tkun evitata trawma ekonomika u soċjali. Il-pjan ta’ Johnson, ippreżentat fil-Parlament illum wara nofsinhar, ikklassifika żoni fir-Renju Unit bħala “medji”, “għolja” u “għolja ħafna” bħala livelli ta’ riskju għar-restrizzjonijiet ġodda mħabbra.

Liverpool huwa klassifikat bħala livell għoli ħafna ta’ riskju mentri Nottinghamshire, East u West Cheshire huma ta’ livell għoli. Il-lista sħiħa ta’ żoni bil-livelli rispettivi tagħhom huma mistennija li jitħabbru aktar tard. 

Sadanittant jingħad li f’Londra disa’ miljun residenti se jkunu mitluba li ma jitħalltux ma’ qraba u ħbieb fid-djar residenzjali u f’postijiet magħluqa. Ħafna qegħdin jibżgħu li l-Prim Ingliż jikklassifika lil Londra bħala żona ta’ riskju f’livell għoli bħal Manchester u Newcastle iżda l-kapitali hija mistennija li tkun fil-kategorija tan-nofs fir-restrizzjonijiet imposti.

Johnson qal li l-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se jkomplu jkunu diffiċli u li se jkunu ta’ sfida għall-pajjiż kollu iżda persważ li flimkien se jirnexxu u joħorġu rebbieħa minn din il-pandemija.

Ekonomija

Sport