Monday, November 18, 2024

Bormla Subbuteo Club jaslu sal-kwarti tal-finali fil-Major ta’ Milan

Aqra wkoll

Bormla Subbuteo Club f’dan tmiem il-ġimgħa waslu sal-kwarti tal-finali fil-Major ta’ Milan, meta fi Grupp 3 b’total ta’ ħames punti għaddew bit-tieni post fejn qasmu l-punti kontra l-Inglizi ta’ Elstow 2-2 u l-qawwa Taljana ta’ Napoli Fighters 1-1 u wara rebħa ta’ 4-0 ma’ Pisa.

Fil-Barrage rebħu lit-Taljani ta’ Salernitana 2-1 fejn fil-kwarti tal-finali tilfu fl-aħħar 16-il sekonda kontra l-finalisti ta’ Lazio meta sa dak il-ħin bir-riżulat jaqra 2-2 kienu Bormla li kienu jgħaddu b’gowl aħjar, iżda gowl drammatiku fl-aħħar sekondi ra lil Lazio jaqtgħu passaġġ għas-semi- finali. It-tim kien kompost mill-captain Jason Pisani, Bessim Golger, David Busch, George Ebejer, John Zammit, u Josef Camilleri għat-tim li jinsab jokkupa t-tielet post fid-dinja.

Issa jkun imiss it-Turnew internazzjonali ta’ Yorkshire fl-Ingilterra, kif ukoll il-kampjonat tal-MTFSA għall-klabbs u t-Tazza f’Jannar, fi Frar it-turnew ta’ Pariġi u l-MTFSA International Open kif ukoll f’Marzu it-turnew maġġuri ta’ Frameries fil-Belġju.

Ekonomija

Sport