Wednesday, July 24, 2024

Darts: Norbert Attard jiftaħ b’mod pożittiv il-Modus Series Tournament

Aqra wkoll

Norbert Attard fetaħ l-impenji tiegħu fil-Modus Series Tournament tad-darts li qed isir fil-belt Ingliża ta’ Portsmouth bl-aqwa mod possibbli meta rebaħ tlieta mill-ħames logħbiet li lagħab.

Attard rebaħ lil Chris Wickenden 4-3, lil Andreas Jorgensen 4-2 u Andreas Harryson 4-3 filwaqt li tilef kontra Bradley Roes 4-0 u kontra John Henderson 4-1.

Bosta segwaċi ta’ dan it-turnament ferm importanti faħħru l-wirja ta’ Attard li deher ferm konċentrat waqt il-logħob tiegħu.

Sadanittant f’din it-tieni ġurnata, Norbert Attard se jilgħab għal darb’oħra kontra l-istess plejers fuq bażi round robin fejn min jiġi fl-ewwel post jgħaddi fil-fażi deċiżiva ta’ din il-kompetizzjoni.

Ekonomija

Sport