Saturday, May 18, 2024

Bortex bl-ewwel 10,000 medical scrubs li se jmorru direttament l-Isptar Mater Dei

Aqra wkoll

Kif tħabbar ftit tal-jiem ilu, Bortex Group qed jipproduċi maskri tal-wiċċ u medical scrubs.

Bħalissa qed jaħdmu ħafna biex jissodisfaw l-ordni għal 10,000 medical scrubs li se jmorru direttament l-Isptar Mater Dei, bl-ewwel kunsinna tiġi pprovduta dan il-weekend.

Il-maskri tal-wiċċ ġew approvati wkoll mid-Dipartiment tas-Saħħa u maħduma biex jipprevjenu t-tixrid tal-virus.

Dawn il-maskri jistgħu jerġgħu jintużaw u jistgħu jinħaslu sa 10 darbiet. Il-maskri huma adattati kemm għall-pubbliku ġenerali kif ukoll għal kumpaniji privati li jipparteċipaw f’miżuri ta’ distanza soċjali.

Sport