Monday, December 23, 2024

Bortex Group se jimmanifatturaw maskri tal-wiċċ għall-professjonisti tas-saħħa

Aqra wkoll

Hekk kif kulħadd qed jipprova jagħti l-kontribut tiegħu u jittieħdu l-miżuri neċessarji, fl-aħħar sigħat, Bortex Group ħabbar li se jkunu qed jimmanifatturaw maskri tal-wiċċ u medical scrubs. Din l-inizjattiva qed tiġi kkordinata bħala sapport tas-sitwazzjoni preżenti b’rabta mal-imxija tal-Covid 19 u b’risq sptarijiet u kliniċi lokali.

Bortex group, li jopera numru ta’ ħwienet li joffru firxa vasta’ ta’ ħwejjeġ, appella biex  jekk hemm kumpaniji privati li jeħtieġu l-produzzjoni ta’ tagħmir protettiv għall-ħaddiema tagħhom, inklużi maskri tal-wiċċ u medical scrubs, jista’ jagħmel kuntatt permezz tal-email [email protected]

Ekonomija

Sport