Monday, May 13, 2024

Borussia D. jirbħu … u l-Ingliżi jitilfu l-ħames team fil-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Ir-rebħa ta’ Borussia Dortmund fuq Paris Saint-Germain temmet it-tamiet li l-Premier League ikollu l-ħames post fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej.

It-team tal-Bundesliga ttrijonfa fl-ewwel leg tas-semi-finali taċ-Champions League kontra ċ-champions Franċiżi fir-rebħa ta’ 1-0 f’darhom grazzi għall-goal ta’ Niclas Fullkrug fl-ewwel taqsima.

Din ir-rebħa ġabet magħha konsegwenzi koroh għall-Premier League għax minbarra li l-Ingliżi tilfu l-ħames team fl-aqwa kompetizzjoni Ewropea, tilfu wkoll lit-team li jispiċċa fit-tmien post biex jikkwalifika għall-UEFA Conference League.

Dan ifisser li t-taqtiegħa għar-raba’ post hija bejn Aston Villa u Tottenham Hotspur. Bħalissa il-Villans għandhom vantaġġ ta’ seba’ punti fuq Spurs.

Filwaqt li huma fadlilhom tliet partiti għat-tmiem, Tottenham jonqoshom ħames partiti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport