Wednesday, July 24, 2024

Talbiet biex logħbiet mill-PL  Ingliż jintlagħbu fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Il-Premier League Ingliż qed jiffaċċja talbiet ġodda għal logħbiet biex jintlagħbu fl-Istati Uniti, bil-ġganti tal- istazzjon televiżiv Amerikan, NBC, determinati biex “jieħ-­ du” tnejn minnhom tal-ewwel programm tal-istaġun li ġej fl-Istati Uniti. 

Bosta eżekuttivi ta’ dan l-istazzjoni u aġenti ta’ isem kbir fl-Istati Uniti qed jagħmlu reklamar biex l-ewwel żewġ timijiet ikunu dawk ta’ Manchester United u Chelsea. 

Anke l-kap eżekuttiv tal-Premier League, Richard Masters, stqarr li ‘l-bieb jidher imbexxaq’ biex partiti mill-Premier League jintlagħbu barra l-pajjiż.

Madankollu, Masters sostna li bħalissa dawn it-talbiet mhumiex suġġett ta’ diskussjoni u huma ‘l bogħod minn kull xorta ta’ ftehim.

Iżda l-Amerikani qed jaraw li dan huwa l-mument ġust minħabba li l-football qed jesperjenza tkabbir kbir fl-Istati Uniti wara l-wasla ta’ Lionel Messi ma’ Inter Miami. Dan minbarra li madwar il-pajjiż kollu hemm interess qawwi fillogħba Ingliża.  

Rekord ta’ 2.6 miljun telespettatur raw il-partita bejn Manchester City u Arsenal (0-0) li ntweriet  b’mod wiesa’ bħala logħba li kellha importanza kbira li setgħet iddeċidiet ir-rebħ tat-titlu.

Bħalissa NBC qed iħallsu £2 biljuni għad-drittijiet tele­viżivi tal-Premier League – permezz ta’ ftehim ta’ sitt snin – u huma ħerqana li jkabbru l-interess fil-Premier League Ingliż billi jospitaw logħob fl-Istati Uniti.

“Kellna taħditiet mal-Premier League mill-aktar interessanti,” qal il-president tal-akkwisti tal-NBC, Jon Miller.

Ekonomija

Sport