Tuesday, November 19, 2024

Borussia Dortmund fi ftehim kontroversjali ma’ kumpanija tal-armi

Aqra wkoll

Hekk kif għada Borussia Dortmund jaffrontaw lil Real Madrid fil-finali tal-UEFA Champions League, kien hemm diskussjoni taħraq bejn il-partitarji Ġermaniżi dwar ftehim li l-klabb favorit tagħhom għamel ma’ kumpanija li tipproduċi armi, snieter u bullets. Dan se jkun wieħed mill-isponsors ta’ Borussia Dortmund fl-istaġun li ġej, xi ħaġa li xejn ma niżlet sew mal-partitarji tagħhom li qed jitolbu li jiġi rtirat il-ftehim.

Partitarju partikolari qal li lanqas ried jemmen dak li sema’ u wissa’ lill-klabb biex jerġa’ jikkunsidra din id-deċiżjoni. Kien hemm aktar reazzjoni fuq il-midja soċjali għalkemm s’issa l-ftehim għadu fis-seħħ tant li għada waqt din il-finali se jkun hemm rappreżentanti minn din il-kumpanija.

Ekonomija

Sport