Friday, April 26, 2024

Bosta jaċċettaw is-servizz ta’ tilqim bla appuntament mix-Xlendi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-servizz ta’ tilqim mingħajr appuntament għadu qiegħed ikun wieħed ta’ suċċess u dan hekk kif din id-darba l-mobile unit qasam lejn Għawdex.

Il-mobile unit qiegħed jagħti dan is-servizz b’kumdità lill-Għawdxin mix-Xlendi. Dan wara li fl-aħħar jiem kien qiegħed ilaqqam lill-Maltin f’diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż.

Dan is-servizz kien ġie kkonfermat mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn kien ħabbar li fost miżuri li kienu ġew studjati bil-għan li jkomplu jitlaqqmu aktar nies kien se jibda dan il-proġett li wara biss ftit jiem kien deskritt minnu stess bħala “suċċess kbir li jagħtina sodisfazzjon inkomplu naħdmu biex negħlbu dan il-virus”.

Pajjiżna għandu waħda mill-aqwa rati ta’ vaċċinazzjoni fid-dinja b’aktar minn 90 fil-mija tal-popolazzjoni li hija mlaqqma kontra l-Covid-19

Sport