Friday, December 13, 2024

Bosta jsellmu l-memorja ta’ Salvu Camilleri… l-ewwel resident f’Dar Bjorn

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Bosta sellmu l-memorja ta’ Salvu Camilleri, l-ewwel resident f’Dar Bjorn, wara li fl-aħħar sigħat ingħatat l-aħbar li ħalla din id-dinja.

Ilbieraħ Bjorn Formosa ta l-aħbar u sellem il-memorja tiegħu. F’messaġġ fuq il-midja soċjal, Bjorn qal: “Kemm kont nieħu pjaċir narak tidħaq! Kont l-ewwel wieħed li bi tbissima ta’ serħan, rajtek tidħol f’Dar Bjorn. L-ewwel resident tagħna! Rajtek tbati wisq f’dawn l-aħħar ġranet, qalbi kienet tingħafas. Jalla qiegħed f’post aħjar fejn ma tbatix iktar. Strieħ fi Sliem Salv! Grazzi tal-ħbiberija tiegħek”.

It-tifel ta’ Salvu rringrazzja lil Bjorn ta’ dak kollu li għamel ma’ missieru. “Int anġlu mibgħut minn Alla, kif kien jiddeskrivik missieri.”

Salvu kien ilu jbati mill-ALS mill-2014. Dak iż-żmien Salvu kien imur jimxi u kien iħoss għejja f’idu. Ftit wara Salvu beda jinduna li anke l-idejn l-oħra qed jiġrilha l-istess. 

Salvu dak iż-żmien kien jaħseb li minħabba x-xogħol ta’ strapazz li kien jagħmel kien qed iħoss dawn is-sintomi. Iżda l-għejja kompliet taħkmu u kien mar jiċċekkja għand it-tabib. Madanakollu t-tabib ma kien sablu xejn! Biss it-tabib intebaħ li seta kellu l-kundizzjoni tal-ALS. Saru t-testijiet meħtieġa u Salvu ingħata l-aħbar.

Huwa ngħata l-aħħar tislima dalgħodu fil-knisja ta’ Santa Liena f’Birkirkara.

Ekonomija

Sport