Monday, April 29, 2024

Bosta maħsudin bil-mewt ta’ Anna Marie Farrugia

Aqra wkoll

Puttinu Cares sellmet il-memorja ta’ Anna Marie Farrugia, il-mara ta’ 37 sena mill-Mellieħa li tilfet ħajjitha t-Tlieta. Farrugia tiġi binti Joseph Vella, ir-raġel li 16-il sena ġietu l-idea li jimxi mill-Mellieħa għall-Isla biex jiġbor fondi għall-pazjenti li tgħin l-istess għaqda.

Matul is-snin il-mixja bdiet iżżid fil-parteċipanti b’medja ta’ 10,000 jimxu 27 kilometru sbieħ il-Ġimgħa l-Kbira għalkemm din is-sena l-edizzjoni ma saritx minħabba l-coronavirus. Farrugia, miżżewġa b’żewġt itfal żgħar, kienet tgħin lil missierha biex jiġbru l-fondi b’Puttinu Cares ma jonqosx milli jirringrazzjaha tal-ħidma tagħha.

“Minn qalbna ngħidulha grazzi ta’ kemm ħadmet bil-qalb, hi u l-familja tagħha anke meta kienu għaddejjin f’mumenti ta’ tbatija kbira. Tibqa’ f’qalbna”, sostniet l-għaqda.

Sport