Wednesday, April 24, 2024

L-Amerikani jgħidu li Kim Jong-un jinsab f’qagħda gravi wara operazzjoni f’qalbu

Aqra wkoll

L-Amerikani qegħdin jimmoniterjaw u jistħarrġu aktar dwar l-informazzjoni li għandhom li l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong-un jinsabu f’qagħda gravi wara li sarlu intervent kirurġiku. 

Jidher li fl-aħħar xhur saħħet Kim Jong-un marret lura minħabba t-tipjip, obeżità u anke minħabba ħafna xogħol. Għalhekk jidher li sarlu xi intervent f’qalbu. 

Fl-aħħar ġimgħat, il-mexxej kien qajjem tħassib wara li ma kienx preżenti għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ għeluq snin nannuh Kim Il-sung. Madankollu, mill-Korea ta’ Fuq qed isostnu li m’hemm ebda sinjali mhux tas-soltu li jistgħu jissuġġerixxu li hemm problema gravi ta’ saħħa għall-mexxej tagħhom. 

Sport