Saturday, December 21, 2024

BOV Basketball Plejers tax-Xahar

Aqra wkoll

Malik Riddle (Athleta) huwa l-BOV Basketball Plejer tax-Xahar għal Novembru tal-Ewwel Diviżjoni filwaqt li Mason Hix ta’ Hibernians rebaħ l-unur għal Diċembru. Tayler Bennett (Luxol) rebħet il-premju għall-Kampjonat tan-Nisa u Miladin Cubic ta’ Fusion kiseb il-premju għall-BOV Amateur League.

Malik Riddle kiseb 128 punt matul Novembru. Il-guard Amerikan ta’ 6’4” kiseb l-og

La numru ta’ 3-pointers matul Novembru bi 13 minn 39 filwaqt li u wkoll lagħab l-aktar ħin b’156.17 minuti f’4 logħbiet b’medja ta’ 39.04 minuti kull logħba. Huwa wkoll għamel medja ta’ 3 steals u sofra 5.5 fouls kull logħba.

Tayler Bennett ta’ 26 sena minn Fountain Valley California skurjat 94 punt matul Novembru. Il-guard ta’ 5’8” kellha medja ta’ 49% mill-court u 31% mid-distanza bi 11-il 3-pointer minn 36 tentattiv.

Is-Serb Miladin Cubic ta’ Fusion rebaħ l-unur għal Novembru għall-BOV Amateur League b’medja ta’ 72% mit-tiri ta 2 punti, u 36% mid-distanza għal total ta’ 124 punt matul ix-xahar.

Mason Hix ta’ Hibernians kellu medja ta’ 23.5 punti għal kull logħba matul Diċembru kkumplimentati b’5.3 assists u 13-il rebound f’kull logħba biex għamel double-double f’kull logħba.

Ernest Agius, Chief Operations Officer fi ħdan il-Bank of Valletta ppreżenta lir-rebbieħa bi trofew kommemorattiv għall-kisbiet tagħhom. Il-Bank of Valletta din is-sena qed jiċċelebra l-50 sena anniversarju tiegħu u qed ikompli jappoġġja l-isport lokali skont l-impenn tiegħu li jkollu rwol attiv ħafna fil-komunità li jopera fiha.

Ekonomija

Sport