Tuesday, April 23, 2024

Boxing Tournament f’Ħal Għargħur

Aqra wkoll

Is-Sibt li għadda fil-Għargħur sar turnament tal-boxing organizzat mill-kunsill lokali tal-Għargħur b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Reġjonali Lvant u sanzjonat mill-Malta Boxing Association.

F’dan l-avveniment kien hemm bouts mhux biss fuq livell amateur iżda wkoll professjonali.

Għal dan l-avveniment, li kellu attendenza sabiħa ta’ 700 spettatur, kien hemm preżenti s-sindku tal-Għargħur Helen Gauci u r-rappreżentant għall-Kunsill Reġjonali Lvant Anthony Chircop u x-Shadow Minister għall-Isport Graham Bencini.

Finalment l-eks boxers leġġendarji Bertu Camilleri u Martin Fenech ingħataw Ġieh il-Boxing Lokali għall-ħidma tagħhom sabiex jippromwovu dan l-isport fil-gżejjer Maltin.

Sport