Friday, April 19, 2024

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li ħabat bil-mutur ma’ vettura f’Ħal Għaxaq

Aqra wkoll

Anzjan kellu jiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-1:00 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku f’Dawret Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq.

Minn stħarriġ ili sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 79 sena residenti u karozza Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 41 sena. Iż-żewġ persuni involuti huma minn Ħal Għaxaq stess.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak li ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport