Thursday, April 18, 2024

Branko Nisevic jirbaħ l-unur tal-Kowċ tax-Xahar ta’ Motors Inc. għal Ottubru 2022

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Hamrun Spartans Branko Nisevic rebaħ l-unur tal-Kowċ tax-Xahar ta’ Motors Inc. għax-xahar ta’ Ottubru 2022.

F’Ottubru, Spartans b’Nisevic fit-tmun lagħbu ħames logħbiet b’kollox, fejn rebħu erba’ partiti, bil-partita l-oħra tintemm fi draw.

Rebħiet ta’ valur kontra timijiet prominenti bħal Floriana (2-0), Valletta (1-0), jew timijiet li bħalissa jinsabu komdi fin-nofs ta’ fuq tal-klassifika, f’rebħiet identiċi ta’ 2-1 fuq Mosta u Gzira United.

It-trofew tal-Coach tax-Xahar ta’ Motors Inc għal Ottubru 2022 għall-kowċ Nisevic ġie ppreżentat fil-jiem li għaddew.

Imwaqqfa fl-2016, Motors Inc. Limited hija d-distributur uffiċjali tal-Jeep, il-marka emblematika rikonoxxuta mad-dinja kollha. Motors Inc. Limited hija wkoll distributur lokali ta’ Kia, Alfa Romeo, Fiat, Iveco, Abarth, u Hyundai.

Ekonomija

Sport