Wednesday, June 17, 2026

Brian Gambarte f’diskussjonijiet avvanzati ma’ Sliema Wanderers

Aqra wkoll

Il-midfielder offensiv, l-Arġentin Brian Gambarte jinsab viċin li jiftaħ kapitlu ġdid fil-karriera tiegħu wara li l-kuntratt tiegħu ma’ Żabbar St. Patrick FC wasal fi tmiemu. Minkejja li fl-2024 kien iffirma estensjoni tal-kuntratt sal-2026, issa jidher li l-plejer se jkun qed jitlaq mill-klabb Żabbari wara perjodu pożittiv fejn kien wieħed mill-aktar attakkanti influwenti tat-tim.

Sorsi qrib is-sitwazzjoni qed jindikaw li Gambarte jinsab f’diskussjonijiet avvanzati ma’ Sliema Wanderers FC, bil-klabb Slimiż interessat li jsaħħaħ l-għażliet offensivi tiegħu qabel il-bidu tal-istaġun il-ġdid. Għalkemm għadu ma tħabbar xejn uffiċjalment, il-possibbiltà ta’ ftehim bejn iż-żewġ naħat qed tidher dejjem aktar realistika.

Matul iż-żmien tiegħu ma’ Żabbar, Gambarte kiseb ir-rispett tas-supporters grazzi għall-gowls u l-wirjiet konsistenti tiegħu, filwaqt li kompla juri l-kwalitajiet tiegħu fil-Malta Premier.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport