Wednesday, June 17, 2026

It-tifqigħa tal-Ebola fil-Kongo tista’ tkun l-agħar li qatt kien hemm

Aqra wkoll

Il-kap taċ-Ċentri għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard tal-Afrika wissa li t-tifqigħa tal-Ebola fil-Kongo tista’ tkun l-agħar li qatt kien hemm. Dan minbarra, li din tista’ tiswa biljuni ta’ dollari biex tiġi kkontrollata aktar tard jekk id-dgħufijiet kritiċi fir-rispons ma jiġux indirizzati malajr.

Aktar minn 800 każ tar-razza rari Bundibugyo, li għaliha m’hemm l-ebda trattament jew vaċċin ippruvat, ġew irrappurtati fil-Kongo, li minnhom kien hemm mal-192 każ fatali. L-Ebola qed tinfirex malajr fi tliet provinċji fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. 

“Jekk ma nwaqqfux it-tifqigħa dalwaqt se tkun agħar minn dak li kellna fl-Afrika tal-Punent u fil-Lvant tar-RDK”. Iddikjara dan id-Direttur Ġenerali tas-CDC tal-Afrika Jean Kaseya f’laqgħa virtwali fil-Burundi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport