Friday, December 13, 2024

Britney Spears se tiżżewweġ

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-għarus ta’ Britney Spears, Sam Asghari, li ilhom flimkien kważi ħames snin, għadu kif ipproponielha għaż-żwieġ. Il-koppja fl-aħħar setgħet tieħu l-pass li jmiss hekk kif il-conservatorship ħarxa imposta fuqha, minn missierha  Jamie Spears, wasal fi tmiemu. Jidher li l-ġimgħa li għaddiet, Jamie, għamel petizzjoni biex jittermina l-conservatorship fil-qorti superjuri ta’ Los Angeles.

Waqt ix-xhieda fil-qorti ftit xhur ilu, il-kantanta kienet stqarret li Jamie projbilha milli tiżżewweġ u jkollha aktar tfal, tant li ġegħelha tagħmel IUD, kontraċettiv fl-utru.

Dan iċ-ċurkett ġibet l-attenzjoni tal-bosta wara li fuq ġewwa hemm imnaqqax lioness, aktarx il-laqam ta’ Spears. L-ammiraturi tagħha diġà kellhom suspett li Sam kien se jipproponi għaliex kien hemm l-għajdut li ntlemaħ idur Beverly Hills, fil-ħwienet tal-ġojjellerija. Intant, il-ħanut li Sam finalment għażel li jiddiżinja ċ-ċurkett għandu ddeċieda li jonora l-koppja u jsemmi ċ-ċurkett, ‘The Britney’. 

Ekonomija

Sport