Friday, May 3, 2024

35 persuna rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li feġġew 35 każ ġdid u fiequ 43 persuna oħra. B’dan il-mod, it-total tal-każi attivi issa huwa 723.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu ukoll li bħalissa hemm 35 pazjent rikoverati l-Isptar minħabba l-Covid-19 u li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

It-total ta’ mwiet issa huwa 449 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma kienet rrapurtata l-ebda mewt kaġun tal-pandemija.

B’rabta mal-programm tat-tilqim, sal-bieraħ kienu ngħataw 805,479 doża tal-vaċċin li minnhom 2,240 huma booster dose.

Sport