Il-Ministru Caruana rrimarka wkoll li dan il-Budget huwa investiment f’pajjiż b’ruħ soċjali u filwaqt li qal li l-gvern ma jaqtax qalbu quddiem l-isfidi, sostna li għad-disa sena konsekuttiva se jkun hemm żieda oħra lill-pensjonanti kollha fuq iż-żieda għall-għoli tal-ħajja.
B’kollox biż-żieda tal-għoli tal-ħajja inkluża, kull pensjonant tal-irtirar, ir-romol, dawk tal-invalidita u dawk li jieħdu l-pensjoni tal-età se jiżdiedu €15 fil-ġimgħa, ekwivalenti għal €780 fis-sena.
Miżura oħra li semma l-Ministru hija l-mekkaniżmu li jiggarantixżxi żieda adegwata lill-pensjonanti fil-futur. F’dan il-kuntest huwaa fakkar li lura għall-2006, il-gvern ta’ dak iż-żmien kien qasam lill-pensjonanti bejn dawk li twieldu qabel l-1962 u dawk li tiwledu wara jiġifieri l-pensjonanti kienu maqsum f’ta’ l-ewwel wu tat-tieni klassi.
Mis-sena d-dieħla, l-mekkaniżmui li diġa japplika għal dawk li twieldu fl-1962 jew wara se jkun japplika wkoll għall-pensjonanti li twieldu qabel.
Fi kliem il-Ministru tal-Finanzi, dan il-Budget jaħseb ukoll għal eżenzjonijiet mit-taxxa għall-pensjonanti. Għa;hekk se jkun qed isir titjib fl-eżenzjonijiet mit-taxxa li jipplikaw mill-eta ta’ 61 sena ‘l quddiem għall-pensjonanti. Dan b’mod li jkunu inklużi fl-ammonti eżentati iż-żidiet kollha għall-pensjonanti li tħabbru f’dan il-Budget. Barra minnhekk, mis-sena d-dieħla l-pensjoni tar-romol mhux se tibqa taxxabbli għar-romol li ma jkunux għalqu 61 sena.
Miżura oħra li wkoll tkellem dwarha l-Ministru Caruana hija dik li l-proċess tagħha inbeda fis-sena 2022. Dan il-proċess se jitkompla s-sena ddieħla wkoll li bih ilk-pensjonanti romol gradwalment jibdew jirċievu l-pensjoni sħiħa li kienu jirċievu l-konjugi tagħhom kieku għadhom ħajjin.
Miżura oħra tolqot lill-pensjonanti tas-servizz li issa se jaraw l-ammont tal-pensjoni tagħhom li ma jiġix ikkunsidrat għal fini tal-pensjoni tas-sigurta soċjali, jiżdied b’€200 oħra. B’kollox minn din il-miżura u miżuri oħrajn se jibbenefikaw qrib 6,000 pensjonanti tas-servizz.
F’dan il-Budget hemm maħsub ukoll li jitkompla l-proċess sabiex tkun indirizzata anomalija li kienet inħolqot fl-2008. Din kienet tikkonċerna l-Bonus tal-Għoli tal-ħajja li r-rata tiegħu tvarja skont meta l-pensjonanti jkunu bdew jieħdu l-pensjoni.
Bit-tkomplija ta’ dan il-proċess, 53,000 pensjonant li bdew jieħdu l-pensjoni fl-2009 jew wara se jieħdu żieda addizzjonali fil-bonus tal-għoli tal-ħajja sa massimu ta’ ftit aktar minn €1.00 oħra fil-ġimgħa.
Il-Budget 2024 ma jaħsibx biss fil-pensjonanti tal-lum imma wkoll f’dawk li jiddeċiedu li jibqgħu jaħdmu minflok jieħdu l-pensjoni. F’dan ir-rigward il-Ministru Caruana qal li għal dawn se jitkompla l-inċentiv li jibda minn żieda addizzjonali ta’ 5% fuq il-pensjonik għal min jipposponi l-pensjoni tiegħu b’sena li jit;la sa 23% għal min jipposponi l-pensjoni tiegħu b’erba snin.
Dwar l-inflazzjoni, il-Ministru tal-Finanzi rrefera għall-mekkaniżmu addizzjonali kontra l-għoli tal-ħajja. Din is-sena se tkun estiża l-eliġibilita ta’ dan il-mekkaniżmu ħalli jilħaq aktar familji. Fil-fatt in-numru ta’ familji eliġibbli kważi se jirdoppja u se jilħaq madwar 95,000 familja. Dan il-benefiċċju se jkun bejn €100 u €1,500 fis-sena li jvarja skont id-dħul u l-membri fil-familja.
Fid-diskors tiegħu l-Ministru fisser kif Gvern Laburista dejjem fittex li jkun ta’ sostenn b’diversi miżuri biex jgħin lill-familji bit-tfal. Fil-fatt, bħala parti mill-Garanzija għat-Tfal, l-allowance tat-tfal se jiżdied b’€450 kull wild, b’żieda ta’ €90 fis-sena għal ħames snin.
“Din is-sena nħossu li għandna bżonn naċċelleraw it-twettiq ta’ din il-miżura ta’ sostenn għall-familji. Għalhekk minflok nerġgħu nżidu l-Allowance tat-Tfal b’€90, sejrin nagħtu żieda ta’ kważi tliet darbiet iktar. B’hekk mis-sena d-dieħla l-Allowance tat-Tfal ser tiżdied b’€250 kull wild.”
Sal-lum il-ġurnata ġenituri li jkunu bdew jaħdmu u li jinterrompu l-karriera biex jibnu familja jibbenefikaw minn krediti fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali għal kull wieħed mill-ewwel tlett itfal li jkunu rabbew. Mis-sena d-dieħla dan il-benefiċċju se jitwessa sabiex ġenituri li l-ewwel bnew familja u wara daħlui fid-dinja tax-xogħol, ikunu wkoll intitolati għal dawn il-krediti tat-trobbija.
Miżura oħra sostantiva f’dan il-Budget tkopri l-Carer at Home. F’din l-iskema, minn Jannar li ġej il-benefiċċju se jiżdied b’ €1,000 għal €8,000 fis-sena.
Fir-rigward tal-gżira Għawdxija, dan se jibqa jingħata inċentivi speċjli. Fejn jidħol xiri ta’ propjeta UCA jew li ilhiom vakanti, mis-sena d-dieħla l-first time buyers ta’ dawn il-propjetajiet f’Għawdex se jitla minn €30,000 għal €40,000.