Saturday, May 4, 2024

BUDGET 2024: Mira li l-ekonomija Maltija tkun fost l-aktar b’saħħitha fl-UE

L-andament u t-tbassir ekonomiku u fiskali

Aqra wkoll

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Clyde Caruana qal li t-tkabbir ekonomiku għas-sena li ġejja huwa mbassar li se jkun fil-livell ta’ 4.2% f’termini reali u 7.4% f’termini nominali. Dan l-budget mistenni jwassal għal tnaqqis fl-inflazzjoni, minn 3.7% is-sena d-dieħla għal 2% fl-2025. B’dan, huwa mistenni li Malta tibqa’ bl-inqas rata ta’ inflazzjoni fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. 

Fil-qasam fiskali, is-sena d-dieħla, id-dħul rikorrenti tal-Gvern mistenni li jkun fil-livell ta’ 33.3% tal-Prodott Gross Domestiku filwaqt li n-nefqa tal-Gvern se tonqos b’0.3% għal 32.4%. Għal din is-sena, id-defiċit se jkun naqas b’0.7 punti perċentwali filwaqt li huwa ttamat li dan jibqa’ jonqos fl-erba’ snin li ġejjin b’0.5% kull sena biex tintlaħaq il-mira ta’ 3% kif dettat mill-Unjoni Ewropea. 

Dwar id-dejn, il-Ministru Caruana qal li s-sena d-dieħla mistenni jkun fil-livell ta’ 55.3% u dan se jkun qed jiżdied ftit minħabba investiment li se jkun qed jagħmel il-Gvern partikolarment fuq il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta. Id-dejn tal-Gvern mistenni jibda nieżel fis-sena 2027.

Skont l-indiċi tal-prezzijiet, il-kumpens għall-għoli tal-ħajja għas-sena d-dieħla se jkun dak ta’ €12.81 fil-ġimgħa.

Sport