Monday, May 13, 2024

Midalja tal-fidda fis-sitt edizzjoni tal-Mediterranean Artistic Gymnastics Championships – l-ewwel għal Malta

Aqra wkoll

Philippa Busuttil, akkumpanjata mill-kowċ Dario Santacroce, rrappreżentat lil Malta fis-sitt edizzjoni tal-Mediterranean Artistic Gymnastics Championships. Dan l-avveniment prestiġjuż sar f’Istanbul, it-Turkija, bejn l-20 u t-22 ta’ Ottubru, 2023. Din kienet it-tieni darba li Philippa ppartecipat f’dawn il-kampjonati tal-ginnastika aristika, organizzati minn Comegym.

F’dan il-Kampjonat hadu sehem ginnasti maskili u femminili mill-iskwadri nazzjonali ta’ l-Italja, t-Turkija, l-Eġittu, l-Alġerija, Ċipru, u l-Gordan.

Fis-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni, Philippa kellha kompetizzjoni qawwija specjalment mill-ginnasti Taljani u Torok, fejn dawn il-pajjizi kienu qeghdin jikkompetu b’tim ta’ tliet ġinnasti promettenti.  Minkejja l-kompetizzjoni qawwija, Philippa rnexxiela tilhaq is-sitt post fost disgha partecipanti, u b’hekk tassigura post fil-finali tal-Balance Beam, Uneven Bars u Floor.

Kienet prorju l-ezekuzzjoni eccellenti fil-Balance Beam, li biha Philippa rebhet il-medalja tal-fidda b’ 0.4 punti biss il-boghod mill-midalja tad-deheb. Dan huwa success sinifikanti għal Philippa, li fl-edizzjoni tas-sena ta’ qabel kienet 0.1 punt biss il-boghod milli tirbah medalja tal-bronz fuq il-Balance Beam u l-Floor.

Dan is-success huwa mument storiku għall-ġinnastika f’Malta meta Philippa Busuttil saret l-ewwel ginnasta Maltija li takkwista medalja fil-Mediterranean Artistic Gymnastics Championships. Din il-medalja tal-fidda hija sinifikanti hafna ghall-ginnastika f’Malta u ghal Federazzjoni Maltija tal-Ginnastika u tissimbolizza l-potenzjal li l-ginnasti Maltin ghandhom fil-kamp internazzjonali.

Sport