Wednesday, July 24, 2024

Tifel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’pixxina fis-Swieqi

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-2.15pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa residenza fi Triq Sant’ Andrija, is-Swieqi.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li tifel Taljan ta’ 6 snin kien waqa’ ġol-pixxina tar-residenza u sab ruħu f’diffikulta .

Tim mediku assista lit-tifel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Dr Philip Farrugia Galea LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport