Wednesday, July 24, 2024

Id-dekasteri tal-Fondi Ewropew, l-Ugwaljanza, ir-Riformi u d-Djalogu Soċjali taħt l-OPM

Aqra wkoll

Id-dekasteri tal-fondi Ewropej, l-ugwaljanza, ir-riformi u d-djalogu soċjali se jsiru parti mir-responsabilitajiet tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dan tħabbar fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru ftit tal-ħin ilu.

Dan it-tibdil sar wara r-riżenja ta’ Chris Fearne kemm minn Deputat Prim Ministru u anke minn Ministru.

L-istqarrija mill-Uffiċju tal-Prim Ministru tgħid li s–Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul, u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rebecca Buttigieg, se jibqa’ jkollhom l-istess responsabbiltajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Ekonomija

Sport