Friday, May 3, 2024

Il-Ministru Caruana jippreżenta d-dokument tal-budget lill-President

Aqra wkoll

Wara li aktar kmieni waranofsinhar ltaqa’ mal-ġurnalisti u tahom ħjiel ta’ x’se jkun fih il-budget 2023, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana ħalla l-uffiċċju tiegħu biex mar lejn il-Palazz tal-President fil-Belt Valletta.

Hemmhekk huwa se jkun qed jippreżenta d-dokument tal-budget lill-President tar-Repubblika George Vella skont kif titlob il-kostituzzjoni bħala l-kap tal-istat.

Wara l-approvazzjoni tal-President, il-Ministru Caruana għandu jħalli l-Palazz biex imur lejn il-Parlament fejn għall-ħabta tas-6:30 p.m se jkun qiegħed jaqra d-dettalji kollha tiegħu.

Sport