Wednesday, July 24, 2024

Chess: Mizzi jirbaħ il-Kampjonat Nazzjonali tal-U20 għat-tielet sena konsekuttiva

Aqra wkoll

Il-Junior Championships ta’ din is-sena ġew organizzati fuq żewġ tournaments – Under 12s u l-gruppi ta’ bejn l-U13 u l-U20.

Iż-żgħażugħ ta’ 17-il sena Jack Mizzi, rebaħ il-kampjonat National Chess Junior Championship għat-tielet sena konsekuttiva, b’6.5 punti. Mizzi rebaħ l-aħħar żewġ logħbiet tiegħu kontra Matthew Portelli u Gabriel Gauci, sabiex assigura t-titlu. Issa Mizzi huwa eliġibbli li jirrappreżenta lil Malta fil-World Junior U20 Championship 2024 ġewwa l-Indja.

Il-ġlieda għat-tieni post kienet bejn Jacob Zammit (4 punti), Isaac Grima Bongailas (5 punti) u Andrei Dobbin (4.5 punti). Il-logħba bejn Grima Bongailas u Zammit spiċċat b’rebħa għal Zammit li kien qed jilgħab bl-iswed. Fl-istess waqt, Dobbin rebaħ kontra Sacco, biex b’hekk irnexxielu jikseb it-tieni post fuq 5.5 punti. Zammit (5 punti), kiseb it-tielet post minħabba l-konfront dirett tal-aħħar logħba tiegħu kontra Grima Bongailas (5 punti), li huwa l-U14 champion ta’ Malta.

Matthew Portelli rċieva t-trofew għall-U14 Runner up b’4.5 punti. Gabriel Gauci (4 punti) assigura t-tielet post fil-kategorija tal-U14 wara li għeleb li Dante Pace u Andre Gauci li kellhom l-istess numru ta’ punti.

Il-Kampjonessa tan-nisa Milena Stagno issa hija wkoll il-kampjonessa tal-kategorija tat-tfajliet U20. Kienet battalja missielta hekk kif Hayley Thornton ta’ 13-il sena, spiċċat biss nofs punt ‘il bogħod fuq 3.5 punti.

Fil-grupp tal-U12s, John Refalo u Yunlong Wang it-tnejn spiċċaw fuq 6.5 punti, hekk kif ġew draw kontra xulxin. It-tnejn kienu qed jistennew bil-ħerqa r-riżultat finali.

John Refalo ġie ddikjarat U12 Champion permezz ta’ tie-breaks aħjar ta’ 22 kontra 21. Yunglong kisbet it-titlu ta’ U12 Girls Champion. Samuel Spiter ġabar 5 punti biex b’hekk kiseb it-tielet post.

Fil-kategorija tal-U10, ir-rebbieħa Elena Borg Mercieca kisbet 5 punti, u ħadet ukoll ir-4 post overall.  Matthew Aquilina kellhu tie-breaks aktar b’saħħithom u kiseb it-tieni post, filwaqt li Alexander Falzon ġie t-tielet, bit-tnejn li huma jispiċċaw bi 3.5 punti.

Ir-riżultati kollha jinsabu fuq is-sit hawnhekk:

https://chess-results.com/tnr902716.aspx?lan=1&art=1&rd=7
https://chess-results.com/tnr899599.aspx?lan=1&art=1&rd=7

Ekonomija

Sport