Wednesday, July 24, 2024

Jose Borg m’għadux kowċ ta’ Birkirkara

Aqra wkoll

Birkirkara  ħabbru li l-esperjenza tal-coach Jose Borg mat-timijiet tal-irġiel u tan-nisa intemmet wara t-tmiem tal-kuntratt tiegħu mal-klabb.

Il-kowċ Borg inħatar fit-tmun tat-Tim tan-Nisa f’Ġunju 2022. Matul il-mandat tiegħu, it-tim kiseb żewġ titli tal-kampjonat konsekuttivi, titlu wieħed tan-knockout, u żewġ Super Cups. Borg mexxa lit-tim għal rebħiet kosnekuttivi f’żewġ staġuni fil-UEFA Women’s Champions League.

Fi Frar 2024, Borg inħatar il-Kowċ tat-Tim tal-Irġiel. Minkejja bidu promettenti taħt it-tmexxija tiegħu, it-tim spiċċa fil-ħames post fil-kampjonat u ġie eliminat fis-semi-finali tal-FA Trophy, li rriżulta li l-klabb tilef post fil-kompetizzjonijiet Ewropej.

Birkirkara FC irringrazzjaw lil Jose għas-servizz dedikat tiegħu u awgurawlu l-aqwa xorti fl-isforzi tiegħu fil-futur.

Ekonomija

Sport