Thursday, June 25, 2026

Bugħaddas f’kundizzjoni kritika wara li sab ruħu f’diffikultajiet f’Ras ir-Reqqa

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-4.20pm meta s-Servizzi tal-Emerġenza ġew informati li f’Ras ir-Reqqa f’Marsalforn kien hemm bgħaddas li kien f’diffikultajiet.

Mill-ewwel fuq il-post marru l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Hu tella’ mill-baħar u ttieħed l-Isptar għal aktar kura.

Sorsi qalulna li l-budgħaddas li hu barrani għandu madwar 63 sena u jinsab fil-periklu tal-mewt.

Uffiċjali tal-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat bdew jinvestigaw dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport