Wednesday, June 24, 2026

Il-PN se jkun Oppożizzjoni serja, kredibbli u viġilanti

- Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg

Aqra wkoll

Waqt id-id-dibattitu fil-Parlament dwar l-Indirizz tal-President ta’ Malta, il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg qal li l-Partit Nazzjonalista se jkun Oppożizzjoni serja, kredibbli u viġilanti, li tagħmel skrutinju, titlob kontabbiltà u tesiġi trasparenza, dejjem bl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi l-ewwel u qabel kollox.

Qal li oppożizzjoni serja llum tissarraf fi gvern f’saħħtu għada.

Dr Alex Borg qal li l-poplu tkellem bil-vot tiegħu, u l-għażla tiegħu għandha tiġi rispettata. Iżda saħaq li r-rispett lejn dik l-għażla ma jfissirx skiet. Għall-kuntrarju, ir-rispett lejn dik id-deċizjoni jfisser li l-Oppożizzjoni għandha responsabbiltà kbira li tara li l-għażla li għamel il-poplu tiġi rrispettata u li dak li kien imwiegħed issa jiġi mwettaq b’governanza serja u kontabbli.

Alex Borg qal li demokrazija b’saħħitha ma teżistix bi Gvern biss, iżda teħtieġ ukoll Oppożizzjoni li tissorvelja b’reqqa, b’checks and balances li jaħdmu, u Parlament li jingħata r-rispett li jixraqlu. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport