Friday, December 20, 2024

Bugħaddas titlef ħajjitha fid-Dwejra

Aqra wkoll

Mara ta’ 44 sena mill-Isvizzera, sfortunatament tilfet ħajjitha waqt li dalgħodu kienet qiegħed togħdos fid-Dwejra, fil-limiti ta’ San Lawrenz, Għawdex.

Kienu xi l-10.20am, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l- assistenza fil-Bajja tad-Dwejra.

Fuq il-post minnufih marru l-pulizija flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn sabu lill-bugħaddas fuq l-art wara li ttellgħet minn xi nies li kienu magħha. Minkejja l-assistenza medika li ngħatat, sfortunatament hija mietet ftit wara fuq il-post.

Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha, filwaqt li ġiet appuntata inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D.

Aktar kmieni: Għaddas isib ruħu f’diffikultà fid-Dwejra

Bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ salvataġġ fid-Dwejra Ghawdex biex jiġi salvat għaddas li sab ruħu f’diffikultajiet waqt li kien qiegħed jipprattika d-delizzju tiegħu.

Fuq il-post hemm tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Ġenerali ta’ Ghawdex biex jassistu lil għaddas.

Aktar dettalji kif jaslulna.

Ekonomija

Sport