Tuesday, April 23, 2024

Bulgaru bi ġrieħi serji wara argument fl-Imsida

Aqra wkoll

Bulgaru ta’ 30 sena residenti l-Pietà qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja wara li l-Ħadd filgħaxija kien involut f’argument fl-Imsida.

Kien għall-ħabta tal-10.00 p.m. meta l-Pulizija ġiet infurmata b’argument biswit ħanut tal-ikel fi Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-Bulgaru kien sofra xi ġrieħi permezz ta’ arma iebsa waqt argument li kellu ma’ numru ta’ persuni li wara ħarbu fuq il-post.

Minnufih issejjaħ tim mediku u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-pulizija għadhom għaddejjin.

Sport