Wednesday, April 24, 2024

Blackball: Stephen Mangion jirbaħ l-aħħar post mat-tim nazzjonali Malti

Aqra wkoll

Stephen Mangion rebaħ ir-raba’ turnament ta’ kwalifikazzjoni u eventwalment post mat-tim nazzjonali Malti tal-Blackball meta fil-finali għeleb lil Scott Muscat 10-7.

Il-plejer veteran li jilgħab ma’ Ħamrun 147 ingħaqad ma’ Claudio Cassar, Owen Amato, Gary Carr, Johan Attard u Mevrick Zammit li se jkunu qed jirrappreżentaw lil pajjiżna fl-EBA Blackball Nations Cup 2023 li se ssir fil-belt Ingliża ta’ Bridlington f’Marzu li ġej.

It-tim se jkun immexxi mill-kowċ Clevion Micallef.

Sport