Wednesday, March 27, 2024

Identifikat il-vittma tal-inċident fatali f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Oliver Agius ta’ 90 sena ġie identifikat bħala l-anzjan li miet il-Ħadd li għadda wara li ntlaqat minn karozza f’San Pawl il-Baħar.

Agius kien magħruf għall-imħabba li kellu lejn il-karozzi u kien ukoll membru tal-Old Motors Club Malta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.20 p.m. fi Triq San Pawl, xħin l-anzjan, li huwa residenti San Pawl il-Baħar, intlaqat minn Peugeot 208 misjuqa minn raġel ta’ 47 sena residenti l-Ħamrun.

Tim mediku ssejjaħ biex jagħti l-għajnuna iżda sfortunatament l-anzjan kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

B’rabta ma’ dan l-inċident infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Charmaine Galea.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport