Friday, May 3, 2024

“B’umiltà nitolbok – ikkunsidra li tiġbor dak il-vot u tivvota lill-PN” – Bernard Grech

Aqra wkoll

Minn ġewwa Ħal Balzan, il-Kap tal-Oppożizzjoni u Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal: “Aħna konvinti li għandna viżjoni b’saħħitha għal dan il-pajjiż u ninsabu entużjasti biex wara s-26 ta’ Marzu, jekk il-poplu jagħtina l-fiduċja, dik il-viżjoni inwettquha magħkom. X’differenza. Ħaddiehor jikritka, jigdeb, jivvinta, jinsinwa.”

“Tiftakru meta kont ngħidilkom li wasal iż-żmien li nwarbu l-politika tal-bitħa tal-iskola? Dak li nkun qed infisser b’din il-politika. Li l-għalliema tmur fuq xi ħadd tgħidlu: ‘x’għamiltlu lil sieħbek?’ u jgħidilha ‘miss, miss, hu beda’… dik hija l-politika tal-bitħa tal-iskola, u hekk qed jagħmel Robert Abela. Malli jaqbduh subgħajh jew idejh f’xi ħaġa mill-bawxati li għamel,  jipprova jiddevja l-attenzjoni billi jivvinta fuq ħaddieħor. Tiskanta… dejjem għandi xi ħaġa bħalu skont hu imma issa intom qed tindunaw.”

Żied jgħid: “Filli ftit xhur ilu lil Abela konna narawh dejjem ċert minnu nnifsu, u żgur għax ħadd ma kien qed jaqbdu, issa f’daqqa waħda jaħrab mill-ġurnalisti, jivvinta u tħoss li mhux komdu r-raġel. Filli money no problem filli niġru wara n-nies saħansitra lbieraħ qalulna li l-wage supplement jekk tridu tibqgħu tiħduh, imbagħad tridu tħalsuh fi żmien ħames snin. Jaqgħu l-finanzi tal-pajjiż kissirtuhom?”

“B’umiltà nitolbok – ikkunsidra li tiġbor dak il-vot u tivvota lill-PN,” qal Grech. Qal li b’hekk tibgħat messaġġ lil Robert Abela u fi kliemu tgħidlu “l-arroganza tiegħek ma niflaħix.”

Sport