Tuesday, December 24, 2024

Bundesliga: Daqqa ta’ ħarta oħra għal Bayern Munich

Aqra wkoll

Fil-Bundesliga, il-leaders Bayer Leverkusen għamlu pass kbir lejn ir-rebħ tat-titlu hekk kif filwaqt li, nhar is-Sibt li għadda, huma għelbu lil Heidenheim 2-1, il-Ħadd Bayern Munich marru għand Bochum u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 3-2 biex Leverkusen fetħu vantaġġ ta’ tmien punti. 

Il-goals ta’ Bochum waslu minn Takuma Asano (38), Keven Schlotterbeck (44) u Kevin Stoger (78 pen) filwaqt li Jamal Musiala (14) u Harry Kane (87) skorjaw għal Bayern li kellhom lil Dayot Upamecano (77) imkeċċi.

B’din it-telfa l-pressjoni fuq il-coach Thomas Tuchel żdiedet u ma tkun l-ebda sopriża li din il-ġimgħa stess jitkeċċa mill-kariga. 

Ekonomija

Sport