Monday, May 13, 2024

Serie A: Milan maħsuda u megħluba minn Monza

Aqra wkoll

Kontra kull mistenni, Milan sofrew telfa diżastruża għand Monza bl-iskor ta’ 4-2 fejn kellhom ukoll lil Luka Jovic imkeċċi. 

Ironikament Monza skorjaw żewġ goals f’kull ħin miżjud ta’ kull taqsima. 

Il-bidu tajjeb ta’ Milan għall-2024 ġie fi tmiemu hekk kif ma approfittawx miż-żelqa ta’ Juventus fid-draw ta’ 2-2 kontra Verona. 

Kienu Monza li fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals proprju fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima minn Danny Mota u minn penalty ta’ Matteo Pessina. 

Fit-52 minuta, ir-Rossoneri tilfu lil Luka Jovic li ntwera l-karta l-ħamra wara argument jaħraq. 

Peró huma kisbu d-draw permezz ta’ Olivier Giroud (68) u Christian Pulisic (88). 

U meta kollox deher li l-partita kienet se tintemm fi draw, Monza ħasdu lil Milan b’żewġ goals oħra minn Lorenzo Colombo (91) u Warren Bondo (95).

Sport