Bayern Munich reġgħu telgħu fil-quċċata tal-Bundesliga wara rebħa ta’ 3-1 barra minn darhom kontra Freiburg, biex komplew ikabbru s-sensiela ta’ mingħajr telfa kontra dawn l-avversarji għal 21 partita.
Kien Dayot Upamecano li fetaħ l-iskor fis-16-il minuta, filwaqt li Serge Gnabry rdoppja lejn tmiem l-ewwel taqsima. Freiburg naqqsu d-distakk fit-82 minuta b’auto-goal ta’ Tom Bischof, iżda Michael Olise ssiġilla r-rebħa fil-95 minuta.
Il-partita ntlagħbet fid-dawl tal-aħbar li l-coach Vincent Kompany iddaħħal l-isptar wara li ħassu ħażin waqt it-taħriġ.
Bayern issa jinsabu fil-quċċata tal-klassifika b’differenza aħjar ta’ goals minn Borussia Dortmund, qabel il-konfront dirett tagħhom.





