Sunday, October 25, 2026
Home Sport Serie A: Juventus jirritornaw għar-rebħ

Serie A: Juventus jirritornaw għar-rebħ

0
53

Fis-Serie A, Juventus irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Lecce 2-0 barra minn darhom, grazzi għal żewġ goals fl-ewwel taqsima. 

Weston McKennie (29) fetaħ l-iskor wara azzjoni maħduma minn Douglas Luiz, li mbagħad l-istess Luiz (41) irdoppjab’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa ftit qabel il-mistrieħ.

Lecce tjiebu fit-tieni taqsima u ħolqu xi opportunitajiet, iżda naqsu milli jiskorjaw. Aktar agħar minn hekk kienet it-tkeċċija ta Kialonda Gaspar  fil-ħin miżjud wara t-tieni karta safra.

B’din ir-rebħa, Juventus telgħu fis-seba’ post tal-klassifika, filwaqt li Lecce baqgħu fit-12-il post.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here