Monday, April 22, 2024

Bundesliga: Union Berlin jitilgħu tliet punti taħt Bayern Munich

Aqra wkoll

Meta nhar l-Erbgħa ġie fit-tmiem l-ewwel round tal-Bundesliga, Union Berlin għelbu lil Werder Bremen 2-1 barra minn darhom u jinsabu tliet punti wara l-leaders u champions renjanti, Bayern Munich. Il-goals tagħhom waslu minn Janik Haberer (18) u Kevin Behrens (46).

F’logħba bejn żewġ timijiet ta’ fuq Freiburg u Eintracht Frankfurt jinsabu b’31 punt kull wieħed wara draw ta’ 1-1 bit-tnejn għandhom ħames punti inqas minn Bayern.

Magħhom hemm Borussia Dortmund wara li barra minn darhom għelbu lil Mainz 2-1.

Sport