Wednesday, March 27, 2024

Barcelona fis-semi-finali tat-Tazza Spanjola

Aqra wkoll

Barcelona għaddew għas-semi-finali tal-Copa del Rey meta għelbu lit-team fil-forma, Real Sociedad, 1-0, bl-uniku goal jiġi skorjat minn Ousmane Dembele fit-52 minuta.

Sociedad, li kienu ġejjin minn disa’ rebħiet konsekuttivi, kellhom lil Brais Mendez imkeċċi fl-40 minuta għal daħla perikoluża fuq Sergio Busquets.

Anke Osasuna għaddew għall-aħħar erbgħa meta għelbu lil Sevilla 2-1 wara l-ħin barrani.

Ezequiel Avila deher li rebbeħ lill-ospiti sakemm Youssef En-Nesyri kiseb id-draw fl-94 minuta.

Il-winger misluf mingħand Barcelona, Abde Ezzalzouli, skorja fl-ewwel taqsima tal-ħin barrani biex ta r-rebħa lil Osasuna.

Ekonomija

Sport